L-arti Indiġena: Ir-Rabta mal-Pajjiż u tieqa fuq il-passat

Lead Image.jpg

Gamilaraay/Bigambul and Yorta Yorta artist Arkeria Rose Armstrong Credit: Arkeria Rose

Waqt li jħaddnu t-tradizzjonijiet orali tagħhom, nies Aboriġini u Torres Strait Islander użaw l-arti bħala mezz biex jgħaddu l-istejjer kulturali tagħhom, it-twemmin spiritwali, u l-għarfien essenzjali dwar l-art.


Punti Ewlenin
  • L-arti tal-Ewwel Nazzjonijiet hija diversa u mhix limitata għat-tpinġija bit-tikek.
  • L-arti kienet mezz wieħed li bih stejjer kulturali, twemmin spiritwali u għarfien ġenerali kienu mgħoddija lill-ġenerazzjoni wara l-oħra, u dan qed ikompli jsir illum.
  • Dawn ix-xogħlijiet artistiċi jgħinu lill-artisti jħossuhom ikkonnettjati mal-Art tagħhom.
  • Simboli huma l-interpretazzjonijiet tal-artisti li jużawhom.
Ix-xogħlijiet artistiċi tal-Ewwel Nazzjonijiet huma fost l-eqdem fid-dinja u juru storja rikka imorru lura 17,500 sena.

Dawn ix-xogħlijiet tal-arti servew bħala mezzi importanti li bihom nies Aboriġi u Torres Strait Islander kontinwament għaddew l-istejjer kulturali tagħhom, it-twemmin spiritwali u l-għarfien essenzjali dwar l-art.

L-arti Indiġena hija tapezzerija rikka, li tiġbor fiha varjetà ta’ stili u teknika, li kollha għandhom rabta fonda man-nies tal-Ewwel Nazzjonijiet ta’ kull Pajjiż, kultura u komunità.

 Madankollu, ħafna drabi, in-nies ikollhom ideat żbajlati dwar l-arti Indiġena, tispjega Maria Watson-Trudgett, mara ta’ nisel Koori u ‘fresh water’ tal-poplu Wiradyuri.

Ms Watson-Trudgett hija konsulenta tal-Ewwel Nazzjonijiet u artista li tgħallmet l-arti waħidha. Hija għandha mħabba speċjali li taqsam il-kutura Aboriġina tagħha ma’ oħrajn.

MWT with artworks.JPG
Maria Watson-Trudgett is a First Nations consultant, a self-taught artist, and a storyteller Credit: Maria Watson-Trudgett Credit: Courtesy of Richmond Fellowship Queensland, 2019
“Xi nies għandhom ideat żbaljati li t-tpinġija Aboriġina bit-tikek hija tradizzjonali u l-unika forma vera ta’ arti Aboriġina. Imma dan mhux il-każ, u l-ideat huma żbaljati.

“L-arti tradizzjonali tagħna kienet aktar dwar li nagħmlu marki li jidentifikaw għodda, innaqqxu fuq is-siġar biex nagħmlu ċerimonji u f’postijiet tad-dfin, jew żebgħa fuq il-ġisem għal xi ċerimonja. Ma kinitx neċessarjament arti,” hija tispjega.

Ms Watson-Trudgett iżżid tgħid li t-tpinġija bit-tikek dehret biss fis-snin sebgħin permezz tal-, komunità Aboriġina żgħira fil-majistrall ta’ Alice Springs. Kien hawnhekk li artisti Aboriġini bdew jirrakkuntaw l-istejjer tradizzjonali tagħhom billi jużaw żebgħa akrilika fuq bords.
Hemm ħafna stili ta’ arti Aboriġina li l-artisti jużaw biex jirrakkuntaw l-istejjer u l-kulturi tagħhom. L-arti Aboriġina hija kull ħaġa li persuna Aboriġina tpinġi li tikkonnettjaha mal-Art u l-kultura tagħha, u toħloq... sens ta’ konnessjoni u appertenenza [għalihom].
Maria Watson-Trudgett

Il-Qsim tal-Kultura

Ms Watson-Trudgett bdiet tpinġi fis-sena 2009 bħala mod biex tistrieħ mill-istress tal-istudji full-time tagħha fl-Università. Madankollu, malajr skopriet li l-arti toffri ħafna aktar “milli sserraħ il-moħħ”.
L-arti hija li naqsam l-istorja tiegħi ma’ nies oħrajn, [u] li nżomm il-kultura tiegħi ħajja. Tgħinni nikkonnettja mal-kultura Aboriġina tiegħi, mal-Art tiegħi, mal-anzjani tiegħi, u mal-għarfien li tgħallimt meta kont nikber fuq l-Art mal-familja.
Maria Watson-Trudgett
Arkeria Rose Armstrong, artista Gamilaraay/Bigambul u Yorta Yorta tiftakar l-istejjer li kienu jaqsmu magħha n-nanniet.

Nannitha, elder Gamilaraay, kienet waħda mill-aħħar pitturi li kienet tpinġi fir-ramel fir-reġjun.

“Kienet tgħid l-istejjer tagħha waqt li tkun bilqiegħda fuq ir-ramel tal-Art u tgħid l-istejjer billi tpinġi fuq ir-ramel,” hija tispjega.

Dawn l-istejjer għaddew minn ġenerazzjoni għall-oħra, inklużi stejjer dwar il-ħolqien tal-annimali, il-kwiekeb u l-esperjenzi tan-nanna tagħha stess tikber fuq l-Art. Kull storja fiha t-tagħlimiet tagħha, hija tgħid.
IMG_0580.jpg
Art has always been part of Arkeria Rose Armstrong’s life. Credit Arkeria Rose Armstrong
“Hija kienet tgħid dak li għaddiet minnu u l-istejjer tagħha permezz tax-xogħol tal-arti. Għalhekk, ħafna simboliżmu u tpinġija immaġinarja li kienet tgħidilna kienu jintqalu b’dak il-mod.”

Ms Armstrong tiddeskrivi l-arti tagħha bħala “li tgħaqqad flimkien iż-żewġ Artijiet [tagħha]”.

Hija tkun ispirata minn simboliżmi u tpinġija immaġinarja li għadditielha n-nanna tagħha, waqt li t-teknika tagħha hija influwenzata minn nannuha, li kien ukoll artist.

Li tgħid mill-ġdid l-istejjer permezz tal-arti tagħha stess jippermetti lil Ms Armstrong tirrifletti fuq ir-relezzjonijiet marbuta mal-istorja, u dan iqajjem ħafna emozzjonijiet - sentiment li taqsam ma’ bintha wkoll.
Biex tkompli l-kultura, trid taqsam il-kultura, u trid tipprattika l-kultura. Biex naqsmu dan mal-ġenerazzjoni li jmiss huwa li niżguraw li dejjem ikunu madwar il-mejda, nitkellmu dwar dan.
Arkeria Rose Armstrong

Konnessjoni mal-Kultura

Davinder Hart huwa artist bil-familja tiegħu għandha rabtiet mal-lbiċ tar-reġjun tal-Art, f’Western Australia. Għadda tfuliti f’Adelaide, qabel ikkonnettja mill-ġdid mal-kultura tiegħu fl-Art ta’ Ngemba, fi New South Wales, aktar tard fil-ħajja.

Davinder Hart għadda minn sfidi kbar fl-ewwel snin ta’ ħajtu. Telaq mill-iskola ta’ 16-il sena, u sabha diffiċli biex isib xogħol. Għadda wkoll minn problemi ta’ drogi.

Madankollu, is-sapport u d-direzzjoni miz-zijiet tiegħu u ħutu għenuh biex jibdel ħajtu mill-ġdid u jikkonnettja mill-ġdid mal-kultura tiegħu, li ħafna drabi hija riflessa fix-xogħol artistiku tiegħu.

“Jien kont iffortunat biżżejjed li ltqajt maz-zijiet u ħuti, li għallmuni l-istejjer tal-Art, u b’dawk l-istejjer titgħallem kif għandek iġġib ruħek... b’mod pożittiv,” huwa jgħid.

Għal Davinder Hart, l-arti mhix biss l-uniku mod li jikkonnettja mal-kultura tiegħu, imma hija forma ta’ fejqan.

“M’hemmx dubju li nkun kalm waqt li nkun inpinġi. Naħseb li ħafna drabi, l-ispirtu jieħu kontroll tat-tpinġija li tkun, u l-arti qisha ssir waħidha. Huwa stat terapewtiku ħafna,” huwa jispjega.
IMG_20231021_143030_105.jpg
Davinder Hart at Saudi Arabia, UN gala dinner, 2023. Credit Davinder Hart

Kun parti mill-qsim tan-narrattiva

Ms Watson-Trudgett tispjega li l-artisti tal-Ewwel Nazzjonijiet jistgħu jinkorporaw varjetà ta’ simboli fix-xogħol tagħhom, li xi wħud minnhom huma tal-Art speċifika, bħat-tracks tal-annimali.

Il-linji mexxejja u l-użu ta’ simboli Aboriġinali fix-xogħol tagħha juru l-mod kif l-antenati tagħha kienu jikkomunikaw meta kienu jpinġu impressjonijiet u simboli fl-art.

Waqt li xi simboli jistgħu jkunu universali, oħrajn jista’ jkollhom tifsiriet differenti għal artisti differetni.

“Is-simboli jista’ jkollhom interpretazzjonijiet differenti għall-artisti li jużawhom. Qatt tassumi li l-użu tas-simboli jistgħu jfissru l-istess ħaġa għal artist ieħor,” hija tgħid.
Ms Armstrong tgħid, li l-punt tat-tluq huwa li tistaqsi dwar l-istejjer li jgħidu fix-xogħol artistiku tagħhom.

“'Min hija dik il-persuna tal-Ewwel Nazzjonijiet?' Meta tibda tistaqsi dawk il-mistoqsijiet tibda tara u tħoss dik il-persuna,” hija tgħid.

“Xi wħud mill-affarijiet favoriti tiegħi huwa li naqsam ix-xogħol artistiku tiegħi permezz ta’ esebizzjonijiet u li nkun hemmhekk bħala persuna, biex tkun tista’ toqgħod bilqiegħda u tirrakkonta dawk l-istejjer man-nies dwar ix-xogħol artistiku li jkun.

“Naħseb li jkun hemm limitazzjoni kultant meta naqsmu storja fuq biċċa karta żgħira ta’ arti. Skont ir-relazzjoni mal-persuna individwali li tkun huwa kemm isir qsim ta’ informazzjoni. Bħala mara Gamilaraay, aħna naqsmu l-informazzjoni meta l-persuna l-oħra tkun lesta biex titgħallem.”

“Kun sinċier, tibżax tistaqsi l-mistoqsijiet,” jgħid Davinder Hart.

“U f’dik id-diskursata, inkunu qegħdin nibnu konnessjoni billi sempliċiment nagħmlu hekk.”


Share