Voluntiera Maltin jorganizzaw ir-Rekords tal-Maltin li waslu l-Awstralja

Blog-Gallery-Maltese volunteers-North-Melb-Vic-Archives-Centre.jpg

Mr Patrick Ferry, Assistant State Manager ma’ Natioinal Archives Victoria jitkellem ma’ Joe Axiaq dwar proġett li fih voluntiera Maltin jmorru fl-uffiċċju ta’ National Archives Victoria, f’North Melbourne biex jaħdmu fuq ir-rekords ta’ migranti Maltin li hemm miġbura hemmhekk.


Oriġinarjament dawn ir-rekords kienu miġbura flimkien skont il-vjaġġ tal-vapur li kienu ġew fuqu l-migranti Maltin. Dan jagħmilha diffiċli biex issib id-dettalji skont l-isem. Issa l-voluntiera qegħdin iniżżlu r-rekords ta’ kull individwu jew familja biex ikunu jistgħu jinstabu skont l-isem fuq RecordSearch, inklużi l-applikazzjonijiet biex jiġu l-Awstralja, ir-rapporti mediċi u tal-pulizija u r-ritratt tal-individwu.

Share