Għaliex il-protokolli Indiġeni huma importanti għall-Awstraljani kollha?

Young Adult Indigenous Australian
Woman Dancing

Indigenous cultural protocols are based on ethical principles. Source: iStockphoto / chameleonseye/Getty Images/iStockphoto

L-osservazzjoni tal-protokolli kulturali tan-nies Aboriġini u Torres Strait Islander hija pass importanti ‘l quddiem biex nifhmu u nirrispettaw l-Ewwel Awstraljani u l-art li aħna lkoll ngħixu fuqha.


Key Points
  • L-etikett kulturali kien osservat mill-Ewwel Awstraljani għal eluf ta’ snin.
  • Elders Aboriġini huma membri rrispettati tal-komunità li jippossedu u jistgħu jaqsmu għarfien kulturali kbir. 
  • Tibżax tistaqsi dwar protokolli sakemm dan isir b’rispett. 
  • L-użu ta’ lingwa xierqa u sensittiva huwa mod sempliċi biex turi rispett. 
Protokolli kulturali Indiġeni huma bbażati fuq prinċipji etiċi li jiffurmaw ir-relazzjonijiet tax-xogħol u persunali tagħna mal-popli Aboriġenu u Torres Strait Islander.

Huwa importanti li nikkultivaw dawn ir-relazzjonijiet għaliex huma l-Ewwel Nies tal-Awstralja. Għandhom għarfien intimu tal-art u jistgħu jgħallmuna kif nieħdu ħsieb l-ambjent.

Caroline Hughes hija Elder Ngunnawal Elder tal-ACT u r-reġjun. Bħala Elder Aboriġina hija stmata ħafna għall-għarfien kbir kulturali tagħha.

“Għandna sistemi ta’ twemmin u etikett kulturali li jmorru lura sa mill-bidu taż-żmien... li għadhom parti mill-ħajja tagħna llum fl-Awstralja moderna.”

Meta nosservaw il-protokolli kulturali, inkunu qegħdin ngħarfu r-rabta bla mittiefsa li l-Ewwel Awstraljani tagħna kellhom mal-art u l-prattiċi antiki tagħhom.
Rhoda Roberts, SBS’s Elder in Residence, tissapportja l-prattika kontinwa tal-ewwel kulturi tal-Ewwel Nazzjonijiet.

“Komplejna l-istejjer orali, protokolli u ritwali għal snin sħaħ. U waqt li l-affarijiet jinbidlu u jaġġustaw – aħna m’aħniex nies statiċi – it-twemmin u l-filosofija kollha dwar min aħna huma li nieħdu ħsieb il-pajjiż li hija l-art tagħna, il-baħar, fejn jgħaddi l-ilma u s-sema.”
AC Milan v AS Roma
Aboriginal dancers perform during the welcome to country before the friendly between AC Milan and AS Roma at Optus Stadium on May 31, 2024 in Perth, Australia. Credit: Paul Kane/Getty Images

Kif għandna nirreferu għall-Ewwel Awstraljani?

‘Aboriġeni’ jew ‘Torres Strait Islander’ huwa kliem xieraq mal-Awstralja kollha, tgħid, Caroline Hughes.

In-nies jidentifikaw ukoll lilhom infushom billi jikkonnettjaw ma’ min fejn huma ġejjin, bħal ‘Koori’ ħafna drabi wżatha fi NSW u Victoria, ‘Murry’ fi Queensland u ‘Palawa’ fit-Tasmanja.

“Jien nippreferi nkun imsejħa mara Ngunnawal għaliex dik l-Art minn fejn ġejja,” tgħid Ms Hughes.
Pajjiżi huwa l-grupp tal-lingwa tiegħi u l-grupp tribali tiegħi, u dan jindika lil nies Aboriġeni oħra minn fejn ġejjin.
Caroline Hughes

Żewġ popli Indiġeni distinti

Torres Strait Islanders huma popli Indiġeni mill-gżejjer bejn il-ponta tal-Peninsula ta’ Cape York u Papua New Guinea u huma l-aktar ta’ dixxendenza Melanesjana.

Thomas Mayo huwa Torres Strait Islander u Assistent Segretarju Nazzonali tal-Union Marittima tal-Awstralja. Huwa jgħid li l-popli Indiġeni huma diversi ħafna.

“L-Ewwel Nazzjonijiet kollha għandhom xi ftit differenza fil-kulturi imma hemm differenza ċara bejn il-kulturi Islander u Aboriġeni. L-Islanders iħobbu jkunu kkunsidrati bħala Popli Indiġeni distinti.”

Both the Aboriginal and Torres Strait Islander flags are flown alongside the Australian national flag to acknowledge these distinct Indigenous peoples.
Both the Aboriginal and Torres Strait Islander flags are flown alongside the Australian national flag Source: AAP / AAP Image/Mick Tsikas

L-użu ta' lingwa dinjituża

‘Indiġeni’, ‘Aboriġeni’, ‘Torres Strait Islander’ u ‘Elder’ huma nomi propji’ li jitolbu ittra kapitali. Kliem imqassar huwa ikkunsidrat bħala offensiv ħafna, tispjega Caroline Hughes.

“Qatt tqassar il-kelma ‘Aboriġenu’. M’aħniex akronimi lanqas u partikulari ħafna dwar dan, u hemm terminoloġiji offensivi li jweġġgħulna qalbna.”

Min huma l-Elders?

L-Elders huma membri rrispettati tal-komunità li jippossedu għarfien kulturali kbir. Huma referuti bħala ‘Aunty’ u ‘Uncle’. Huwa xieraq għal nies mhux Indiġeni li l-ewwel jistaqsu jekk jistgħux jissejħu b’dawn l-ismijiet.

Ċerimonji ta’ 'Welcome to Country' ħafna drabi jsiru mill-Elders tal-komunità fejn iseħħ avveniment.

X’inhi ‘Welcome to Country’?

Oriġinata fis-snin tmenin minn Rhoda Roberts, 'Welcome to Country' hija ċerimonja tradizzjonali ta’ merħba li ssir fil-ftuħ ta’ avveniment li jonora l-passat. Dan jista’ jkun diskors, żfin jew ċerimomja bid-duħħan.

L-istess, ‘Acknowledgement of Country’ huwa protokoll ta’ merħba li jsir f’laqgħat sinifikanti, u jista’ jsir minn kulħadd, tgħid Rhoda Roberts.

“L-għarfien huwa li tirrikonoxxi li tista’ tkun qed taħdem jew tgħix f’post li mhux il-post minn fejn ġej/ġejja int, u m’hemmx problema b’dan. Int parti minnu u tagħraf u tirringrazzja l-Custodians u l-Elders.”
An Indigenous performer participates in a smoking ceremony.
An Indigenous performer participates in a smoking ceremony. Source: Getty / Cameron Spencer/Getty Images

Lingwa mhix xierqa

It-trawma storika li ġejja mit-teħid bilfors tat-tfal taffettwa kif in-nies jirrispondu għall-mistoqsijiet tagħhom dwar l-isfond tagħhom tgħid Caroline Hughes.

“Mhux xieraq li titkellem dwar persentaġġ u anke dwar ġilda, kulur tal-għajnejn u x-xagħar għaliex it-tfal tagħna jitrabbew fil-kultura tagħna, u dan huwa partikulari ħafna għalina. Is-soċjetà bajda jew is-soċjeta mhix Indiġena ma aċċettatx dawn it-tfal, fejn fil-kultura Aboriġina dawn huma rigali mid-dinja spiritwali, għall-amilji tagħna u għall-komunità tagħna u dejjem kienu aċċettati.”

Uri rispett billi titgħallem aktar

Tibżax tistaqsi dwar protokolli, sakemm tkun ġenwin/a u tagħmel dan b’rispett jgħid Thomas Mayo.

“U mbagħad l-aktar ħaġa importanti hija li tisma’ u taċċetta l-ispjegazzjoni u timxi ‘l quddiem b’mod rispettuż.”

Mr Mayo jissuggerixxi wkoll li kulħadd għandu jaqra l-Istqarrija ta’ Uluru mill-Qalb li tinsab hawnhekk , u jappoġġja l-proposti tagħha.

SBS’ Elder in Residence Rhoda Roberts tfakkarna li l-protokolli huma essenzjali dwar l-għarfien ta’ sħabna, in-nies umani.
Hija dwar it-tjubija u l-kompassjoni, imma fl-aħħar mill-aħħar jien dejjem ngħid huma l-manjieri xierqa.
Rhoda Roberts
Dan il-kontenut kien ippubblikat għall-ewwel darba f'Mejju 2022.

Share